Monday, April 20, 2009

Jiena Ħuta

 

Jien ħuta ħamra tal-ilma ħelu. Minn din il-vaska tal-ħġieġ, lejl u nhar, noqgħod nara x’ikun għaddej fl-uffiċċju tad-dentist. Jien noqgħod l-Awstralja, Sydney biex inkun preċiża. Id-dentist xtrani minn ġo ħanut tal-annimali. Qabel kont ngħix ma’ ħuta oħra imma d-dentist taha lin-neputija antipatka tiegħu.

 

Meta ġiet l-ewwel darba fl-uffiċċju tad-dentist, in-neputija bdiet tħabbat fuq il-ħġieġ tal-vaska tiegħi qisha qed tagħmel terremot. Meta jkollu klijent id-dentist ġieli l-klijent jibda jgħajjat jew jibki bl-ugiegħ li jkollu f’ħalqu. “Tant għandi uġiegħ li lanqas bil-lejl ma nkun nista norqod “,jghid il-klijent. “Tibżax il-lejla żgur ħa tkun tista torqod”, iwieġbu lura d-dentist.

Mhux dejjem ikun l-għajjat tal-klijenti fl-uffiċċju. Meta d-dentist jħalli t-tieqa miftuħa u jitlaq jiekol ġieli jiġu xi għasafar li jieklu l-ħut u jiġu biex jikluni imma d-dentist jiġi eżatt fil-ħin biex ma jaqbdunix l-għasafar.

Persuna li vera nħobb hija l-mara tad-dentist. Hija tiġi tgħinu. Ġieli toqgħod tkellimni. Jien vera nieħu gost! Ħija ġieli tagħtini niekol ukoll.

Meta fl-aħħar jasal il-ħin li d-dentist jitlaq ikun dalam barra. Huwa jghidli,”Saħħa, narak għada!”. Jien nagħlaq għajnejja u norqod.

 

Laila Raway

No comments:

Post a Comment