Wednesday, March 25, 2009

Is-Siġar (kitba ta’ Antonio Cachia, year 4/1)

Is-siġar huma ħaġa importanti u aħna għandna bżonn is-siġar. Is-siġar jagħtuna l-ħajja għax kieku aħna mmutu. Is-siġar jagħtuna l-injam, il-frott, il-karti u l-kartun. Aħna fid-dinja għandna ħafna siġar madwarna. Qabel is-siġar meta kienu żgħar kienu xitel. Is-siġar jagħtu dar lill-għasafar.
Is-siġar jimxu skont l-istaġuni u meta tkun ix-xemx jagħmlu d-dell. Is-siġar jagħtuna arja nadifa u aħna għandna nieħdu ħsiebhom ħafna sew.
Huma jagħtu l-weraq għal xi annimali u dak ikun l-ikel għalihom. Is-siġar isebbħu l-ambjent billi tant kemm huma sbieħ. Is-siġar jagħtuna ħafna affarijiet u m’għandniex inkissruhom għax inkunu qed nagħmlu ħafna ħażin.

No comments:

Post a Comment