Tuesday, March 17, 2009

malta art twelidi

Malta Art Twelidi  -  Joseph Galea

  Jiena noqgħod ġo gżira ċkejkna f’nofs il-baħar tal-Mediterran . Din il-gżira ċkejkna jisimha Malta. L-eqreb pajjiż ta’ Malta huwa Sqallija. Ghalkemm Malta hija gżira żgħira din għandha l-lingwa tagħha. Din hija lingwa semitika jiġifieri imnissla mill-għarbi . Il-lingwa Maltija fiha ħafna lingwi differenti fiha bħal Franċiż, Taljan u Ingliż. Dawn il-lingwi daħlu għax fi zmien l-imgħoddi Malta għamlet perjodi twal maħkuma  mill-barranin sakemm ma kisbet l-Indipendenza, l-Ħelsien u r-Repubblika. Malta għandha storja kbira sa minn  żmien il-pre-istorja sa żmien l- Ingliżi .L-iMdina hija l-Belt l-antika ta’ Malta.  L-Imdina hi magħrufa bħala belt siekta. Il-belt jew aħjar Valletta hija l-belt kapitali ta’ Malta.Valletta inbniet mill-kavallieri. Il-pjan li tinbena il-belt ħareġ biha La Vallette. Fil-fatt din il-belt hija msemmija għalih.Sittin sena wara Kristu f’Malta twaqqfet għall-ewwel  darba r-Reliġjon Kattolika mill-appostlu San Pawl. F’Malta hawn postijet imsemija ghal San Pawl bħal ngħidu aħna San Pawl il-baħar. Fis-sajf  f’Malta, l-klima hija sħuna u fix-xitwa ftit kiesħa, iżda l-kesħa ma taħqarniex. Bajjiet popolari f’Malta kif ukoll f’Għawdex huma :  Ir-Ramla l-Ħamra f’Għawdex, u l-Aħrax tal-Mellieħa.

Ix-xewqa tiegħi hija li xi darba nsir gwardjan kemm f’Malta u f’Għawdex biex b’hekk inkun nista’ ngħin sabiex ikollna pajjiż aħjar milli hu. Jien bħala ċittadin Malti għandi nagħmel ġieh lil pajjiżi.  

No comments:

Post a Comment