Tuesday, January 20, 2009

l-Istorja ta’ Ħajti



Jien twelidt fl-ewwel ta’ Mejju tas-sena 1998,fl-isptar San Luqa.

Ommi qaltli li ħdejja kien hemm missieri u z-zija tiegħi li hija

Infermiera. Jien niftakar meta kelli sitt snin. Kont għand

Mrs.Privetera l-ghalliema tal-iskola San Giljan. Kellna ktieb li vera

Kien JogħġobniDan kien jismu Happy House. Niftakar ukoll meta kont

Għand Mrs.Callejja. Ħaġa sabiħa li niftakar meta kont year four hija

morna Ghawdex. Kont vera hadt gost dik in-nhar. Niftakar ukoll meta

kont ghand Mrs.Cardona. Meta kienet tghajjat imsarni kien jinżlu

f’saqajja għax kont nibża ħafna.Jekk int kont isfel u hi kienet fuq

kont tismagħha qisha qiegħda ħdejk.Ħaġa sabiħa li niftakar ħafna hija

meta twieldet ohti ż-żgħira Giulia. Ghadni niftakar ‘lommi ħierġa fuq

is-siġġu tar-roti b’oħti fuqha tibki. Niftakar ukoll meta irċevejt

meta ghamilt il-pracett fil-knisja tal-Madonna tal-Karmnu Balluta.Dak

in-nhar it-temp kien sabiħ u xemxi. Niftakar ir-riċeviment l-Buskett

Road House post vera sabiħ u imdawwar b’ħafna siġar sbieħ.Dak in-nhar

ħadt vera gost nilgħab mal-ħbieb u mal-kuġini.Jien din is-sena għadni

kemm għalaqt għaxar snin. Ommi ghamlitli party kbir fil-ġnien tad-dar

taghna. Vera ħadt gost dak in-nhar. Issa qiegħda fis-sitt sena u

qiegħda ghand Is-Sur Portanier u vera kuntenta li qiegħda miegħu.

Rossella D'Antuono - Year 6

No comments:

Post a Comment