Tuesday, January 20, 2009

Din Ħajti.

Is-sena kienet 1998 u l-ġurnata kienet l-20 ta’ Awwissu. F’din il-ġurnata dħalt fid-dinja. Tgħidx kemm ferħu bija ommi u missieri. Lili semmewni Leona. Jien għandi ħija iżgħar minni jismu Dion. L- ewwel annimal li daħal id-dar tagħna kienet Kikka. Din pappagal griża b’denb aħmar. Ir-razza tagħha hija African Grey. Din għandha sitt snin u meta jfettillha tgħid xi kelma wkoll. Għandi wkoll fenek nanu li semmejt Milo. Milo għandu sena u jiekol hafna. Ma nista niekol xejn quddiemu għax jibda jħabbat mal-gaġġa biex nagħtih.
Meta kelli tliet snin bdejt l-iskola. Il- ħabiba tal-qalb tiegħi hija Laila. Din tifla kwieta u naqblu hafna imma għandi ħbieb oħra wkoll bħal Nikita, Luke, Beppe u Sara Jane. Jien nieħu gost immur l-iskola. Kull sena jinbidlu l-affarijiet u l-għalliema. Din hija is-sitt sena tiegħi f’din l-iskola. L-għalliem il-ġdid tiegħi huwa is–Sur Portanier. Qegħdin nagħmlu ħafna affarijiet differenti milli kont nagħmel qabel. Jien kuntenta hafna f’din il-klassi. Kuntenta hafna b’hajti.



Leona Vella - Year 6

No comments:

Post a Comment