Tuesday, January 20, 2009

L-ewwel Safra

Fl-2007 sifirt ghall-ewwel darba. Jiena mort l-Italja. Hemmhekk rajt hafna affarijiet sbieħ u żorna ħafna postijiet interessanti. Fosthom rajna t-Torri ta’ Pisa u l- Kolossew. Hemmhekk qgħadna ġo lukanda żgħira iżda komda. Aħna domna ġimgħa l-Italja u f’dik il-ġimgha iddevertejt u ġrejt kemm flaħt. Wara l-vaganza kont naf li gimgha wara li naslu Malta kont se nibda sena skolastika ġdida. Aħna morna ħafna postijiet imma l-aktar li ħadt pjaċir kien meta waslet il-ġurnata fiha kellna mmorru Gardaland fl-Italja stess. Domna ftit ma wasalna peress li l-Italja kbira ħafna. Jien kont qed nistenniha iżda ma ddejaqt xejn. Imsomma tant kemm ħadt pjaċir illi ġimgħa għaddiet qisha ħolma. Jien ħadt ħafna pjaċir l-Italja, u fl-aħħar ġurnata ħassejtni b’qalbi sewda għax ma ridtx nitlaq minn hemm.

(Zack Cilia - Year 6)

No comments:

Post a Comment