Tuesday, May 19, 2009

                            Jiena Kelba.

 

Jiena kelba li noqgħod fil-kesħa.Dan il-kontinent li noqgħod fih huwa l-Antartika. Il-għamla tiegħi huwa bħala kelb tas-silġ. Is-sid tiegħi jismu Laban. Lili jgħajjtli Hannah. Jien niekol il-ħut ghaliex sidi ħut jaqbad.

 

Sidi jħobb jgħin lin-nies ta’ madwaru.Wara l-maltempat immur fis-silġ. Jiena immur niġri warajh  sabiex insalvaw in-nies.Jiena naf inxomm mhux ħażin u b’hekk inkun naqra ta’ għajnuna għal sidi.

 

Missek tarana inħaffru sabiex insibu in-nies sabiex insalvawhom. Jiena nxomm u sidi iħaffer. Jiena tgħidx kemm nifraħ meta ninduna li ħadd ma jkun weġġa’. Jiena għandi xogħol tajjeb ħafna li jgħin lin-nies.

 

 Lura lejn id-dar għandi familja sew mhux wisq. Hemm it-tifel ta’ sidi, tgħidx kemm iħobbni. Min-naħa l-oħra t-tifla tiegħu fitta wisq.

It-tifel joqghod ikellimni u jistaqsini x’avventuri kelli ma’ missieru.

 

Jiena għandi xogħol ieħor ukoll imma din id-darba inferraħ it-tfal. It-tifel ta’ sidi u xi ħbieb tiegħu jaqbdu slitta, jorbtuha miegħi u jiena mmur niġri b’kemm għandi saħħa. Huma jieħdu gost fuq l-islitta.

 

Meta jasal filgħaxija nieklu l-ħut u wara mmorru norqdu. Jiena mmur fuq soddti ngħidilhom il-lejl it-tajjeb u wara jisimgħuni nonħor.

 

Kitba ta’ Leona Vella is-Sitt Klassi

No comments:

Post a Comment