Thursday, February 12, 2009

In-Nanniet Tieghi


Fredu, Lela, Edgar u Mary. Hekk jisimhom in-nanniet tieghi. Omm u missier ommi huma Lela u Fredu. Dawn joqogħdu ġo dar sabiħa, fil-qalba tal-Imsida. It-tnejn li huma, kwieti u paċenzjużi. Huma nies li tqatta’ u tiekol minnhom. In-nanna tiegħi għandha xagħarha kannella, qasira u għajnejha kannella wkoll. Il-karneġġjon tagħha huwa ismar. Ma tistħi qatt, imma jekk ikollha żżomm lura milli tgħid kelma żejda ma żżommhiex. In-nannu Fredu għandu tnejn u sittin sena, għalhekk huwa penzjonant. Għandu xagħru griża u għajnejh ħodor. Il-karnġġjon tiegħu huwa bjond. In-nannu ċajtier ħafna. Qatt ma tgħaddi ġurnata li ma tarahx jitbissem. In-nannu u n-nanna Lela u Fredu qatt ma jħalluna b’xejn, dejjem iridu jaraw kif se jaqbdu jikkuntentawna kollha kemm aħna. Kull nhar ta’ ġimgħa niltaqgħu l-familja kollha għandhom u dakinhar in-nanna tlestilna x’nieklu. Omm u missier missieri, Edgar u Mary joqogħdu ħdejna eżatt. Tista tgħid bieb ma’ bieb magħna. In-nanna Mary

għandha xagħarha ‘bob’ kannella bil-“highlights” sofor. Hi għadha żżomm mal-moda u bniedma ferriħija ħafna. In-nanna għandha sittin sena u ma tidirhomx. In-nannu Edgar għandu erbgħa u sittin sena. Qargħi u x-xagħar ta’ madwar rasu griż,għajnejh kannella u għadu jmur jiġġogja s’issa. Tista tgħid li n-nannu jhobb u jżomm ruħu b’saħħtu. In-nannu għandu żewġ fatturi li huma differenti minn xulxin ħafna. L-ewwel wieħed hu li jekk jaqbad idaħħaq ma jiqafx u l-ieħor huwa li jekk jaqbad igerger ma jiqafx. Inħobbhom ħafna lin-nanniet tiegħi, l-erbgħa li huma għax dejjem sibthom meta kelli bzonnhom.


Sera Jane - Year 6


No comments:

Post a Comment