Jiena Kelba.
Jiena kelba li noqgħod fil-kesħa.Dan il-kontinent li noqgħod fih huwa l-Antartika. Il-għamla tiegħi huwa bħala kelb tas-silġ. Is-sid tiegħi jismu Laban. Lili jgħajjtli Hannah. Jien niekol il-ħut ghaliex sidi ħut jaqbad.
Sidi jħobb jgħin lin-nies ta’ madwaru.Wara l-maltempat immur fis-silġ. Jiena immur niġri warajh sabiex insalvaw in-nies.Jiena naf inxomm mhux ħażin u b’hekk inkun naqra ta’ għajnuna għal sidi.
Missek tarana inħaffru sabiex insibu in-nies sabiex insalvawhom. Jiena nxomm u sidi iħaffer. Jiena tgħidx kemm nifraħ meta ninduna li ħadd ma jkun weġġa’. Jiena għandi xogħol tajjeb ħafna li jgħin lin-nies.
Lura lejn id-dar għandi familja sew mhux wisq. Hemm it-tifel ta’ sidi, tgħidx kemm iħobbni. Min-naħa l-oħra t-tifla tiegħu fitta wisq.
It-tifel joqghod ikellimni u jistaqsini x’avventuri kelli ma’ missieru.
Jiena għandi xogħol ieħor ukoll imma din id-darba inferraħ it-tfal. It-tifel ta’ sidi u xi ħbieb tiegħu jaqbdu slitta, jorbtuha miegħi u jiena mmur niġri b’kemm għandi saħħa. Huma jieħdu gost fuq l-islitta.
Meta jasal filgħaxija nieklu l-ħut u wara mmorru norqdu. Jiena mmur fuq soddti ngħidilhom il-lejl it-tajjeb u wara jisimgħuni nonħor.
Kitba ta’ Leona Vella is-Sitt Klassi
No comments:
Post a Comment